Corazon hija semi-finalista fl-40 edizzjoni tal-Festival L-Għanja tal-Poplu 2016. Dan il-festival huwa marbut ħafna mal-karriera mużikali ta’ Corazon peress illi bil-kanzunetti oriġinali tagħha: Hawn Jien, Mill-Għajnejn ta’ Tifla u Tal-Aħħar rebħet dan il-festival tliet darbiet. Din is-sena qed tieħu sehem b’kanzunetta oħra oriġinali li tibdel ħafna l-istil li l-udjenzi drawha bih. ‘X’Se Jsir?’ ma tirrakkontax storja iżda hija kanzunetta ftit aktar astratta b’tema eżistenzjali. Fil-kanzunetta, Corazon tuża xbigħat u ideat li jirrappreżentaw l-istadji differenti tal-ħajja tagħna u titfa’ dawl fuq iċ-ċiklu naturali tagħhom. Dan b’kuntrast għall-mistoqsija tqila dwar dak illi jseħħ mill-bniedem u l-esperjenzi li jakkumula matul ħajtu – X’Se Jsir?

Dawn huma xi ftit mill-ideat li Corazon użat fil-kanzunetta tagħha:

8

7

6

5

4

3

2

1

Fl-eżekuzzjoni tal-kanzunetta ‘X’Se Jsir?’, Corazon se tkun akkumpanjata mill-Orkestra tal-PBS kif ukoll żewġ mużiċisti oħra li ser ikomplu jgħinu fl-interpretazzjoni ta’ din il-kanzunetta mqanqla.

Il-Festival L-Għanja tal-Poplu ser jittella’ f’żewġ serati: Is-semifinali nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju u l-finali nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal.
Il-biljetti jinkisbu minn www.kreattivita.org.