21

Nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu, Corazon ħadet sehem f’kunċert organizzat mill-Malta Youth Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Sigmund Mifsud li sar f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Corazon kantat il-kanzunetta ‘Jgħidu Kien Hawn Raġel’ mill-album ta’ kanzunetti oriġinali tagħha u kanzunetta ta’ Walter Micallef, ‘Ma Temminnix’ b’arranġament għall-Orkestra ta’ Aurelio Belli. Dan il-kunċert kien parti minn serje ta’ attivitajiet li jiffurmaw parti minn The Butterflu Project. Is-serata ttellgħet għall-benefiċjenza sabiex u d-donazzjonijiet kollha ngħataw lil Puttinu Cares.