1Nhar is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ April, Corazon se tkun qed tingħaqad ma’ Chiara, Glen, Renato u Mary Spiteri għal kunċert fl-Istitut Kattoliku bl-isem ‘Stilel Maltin II’. Il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown u organizzat minn Bronk Productions. Corazon se tkun qed tintepreta 4 kanzunetti f’dan il-kunċert, fosthom ‘Fid-Dar tan-Nanna’.